

Qabel ma ġie elett fil-Parlament Ewropew, Thomas Bajada bena karriera diversa, iżda li ħalliet impatt, permezz tar-rappreżentazzjoni taż-żgħazagħ, ħidmietu fil-qasam kulturali u anke fid-diplomazija internazzjonali. Huwa kkontesta darbtejn għall-Kunsill tal-Istudenti Universitarji, l-KSU, f’isem l-organizzazzjoni studenteska Pulse, fejn sar attivist prominenti għall-benesseri tal-istudenti u l-impenn demokratiku. Huwa serva wkoll bħala Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ, il-KNŻ, bejn l-2013 u l-2016, fejn ħadem sabiex il-vuċi taż-żgħażagħ ikollha sehem attiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali.
Bejn l-2017 u l-2025, Bajada serva bħala Viċi-President u Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Leone AD 1863, li hija waħda mill-aktar organizzazzjonijiet kulturali Maltin bi storja rikka. Taħt it-tmexxija ta’ Bajada, is-soċjetà daħlet f’era diġitali, b’approċċ ambizzjuż u inizjattivi li jwasslu għal żvilupp, fosthom il-kreazzjoni tal-ewwel Konferenza u Ċentru tal-Espożizzjoni f’Għawdex, li kien proġett trasformattiv, kulturali u ekonomiku f’Għawdex.
L-esperjenza tiegħu fi ħdan il-Gvern bdiet meta ġie appuntat bħala Uffiċjal fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, bejn l-2017 u l-2019, fejn kien joffri pariri strateġiċi u kkontribwixxa għal riformi nazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura. Għal sitt snin serva bħala Technical Attaché fir-Rappreżentazzjoni Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea (2019-2025). F’dan l-irwol huwa rrappreżenta lil Malta fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fejn innegozja portafolli b’rabta mas-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll iddefenda l-interess nazzjonali f’diversi oqsma fi ħdan il-ħidma istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea.
Thomas Bajada għandu Master of Arts fil-Governanza tal-Oċean, u Baċellerat tax-Xjenza, fil-Bijoloġija u l-Kimika, mill-Università ta’ Malta. IX-xogħol akkademiku tiegħu kien iffukat fuq kriminalità transnazzjonali organizzata fis-sajd, u l-influwenzi fiżikokimiċi, kif ukoll il-biodiversità kostali, fejn kompla jaħdem għas-sostenbilità, politika bbażata fuq ix-xjenza, u l-protezzjoni tal-ekosistemi marittimi.
L-investiment fis-servizzi lokali, il-ġustizzja soċjali u l-għajxien affordabbli
Il-promozzjoni tal-aċċess għall-edukazzjoni, l-għodda diġitali u t-tkabbir ekonomiku għal kulħadd.
Sustainable development with Malta's unique ecosystems in mind.
Insaħħu l-ġenerazzjoni li se tmexxi u tfassal l-Unjoni Ewropea.

